Kercem Official Website
Untitled Document
kercem.gozo.com
Latest Kercem News Updates
   
TRIQ MONS LUIGI VELLA FIR-RABAT MIFTUĦA MILL-ĠDID WARA D-9.00pm. SODISFAZZJON MILL-KUNSILL LOKALI KERĊEM

Kerċem, it-Tnejn 8 ta' Frar 2010

Ftit tas-snin ilu, il-Kunsill Lokali Rabat (Għawdex) kien ħa deċiżjoni li Triq Mons. Luigi Vella fir-Rabat tingħalaq għat-traffiku bejn id-9.00pm u l-5.00am.  Din id-deċiżjoni ma kienet niżlet tajjeb xejn mar-residenti ta' Kerċem, u l-Kunsill tagħna kien oġġezzjona mal-awtoritajiet konċernati dwar dan.  Sa kienet saret petizzjoni li ġiet iffirmata minn mijiet ta' residenti.  Kulħadd jaf li din it-triq tgħaqqad lir-raħal tagħna mal-kumplament ta' Għawdex. 

Il-Kunsill Lokali Rabat immexxi mis-Sindku Dr. Samwel Azzopardi, bidel dik id-deċiżjoni, u wara li kiseb il-permessi neċessarji minn Transport Malta reġa fetaħ din it-triq matul il-ħinijiet kollha tal-ġurnata. 

Din id-deċiżjoni intlaqgħet b'sodisfazzjon mill-Kunsill Lokali Kerċem u anke mir-residenti kollha.  Din hija riżultat ċar li meta jirrenja d-djalogu, l-affarijiet isiru ferm aħjar u bl-anqas tbatija lil ħadd.  Nirringrazzjaw lil dawk kollha li fehmu t-tbatija bla bżonn li kienu qed isofru n-nies ta' Kerċem.

Posted on 08 Feb 2010 by administrator
Kampjonat Għawdxi tal-Futbol: TELFA LI TPOĠĠI LIL KERĊEM AJAX F'QIEGĦ IL-KLASSIFIKA

Gozo Stadium, il-Ħadd 7 ta' Frar 2010

F'logħoba oħra tal-kampjonat Għawdxi tal-Ewwel Diviżjoni, t-tim tagħna tal-Kerċem Ajax tilef konfront dirett kontra t-tim ta' Xewkija, biex b'din it-telfa issa l-Ajax spiċċaw fl-aħħar post tal-klassifika.  L-iskor finali kien 1-0 favur it-Tigers, gowl li kisbuħ minn penalty fit-tieni taqsima.

Formazzjoni tat-timijiet:

KERĊEM AJAX F.C.: C. Mercieca, F. Camilleri, M. Tabone, J. Mercieca, D. Sakic, D. Mercieca, E. Hussein (J.P. Mizzi), M. Mamo (K. Mifsud), M. Stojanovic, C.J. Achokwu, J. Debrincat (L. Camilleri).

Xewkija Tigers: J. Xuereb, P. Camilleri, J. Xerri, Js. Vella, A. Fotso, M. Xerri, J. Cefai, B. Chibueze (Js. Azzopardi), P. Rapa (S. Mizzi), C. Bugeja (J. Azzopardi), R. Buttigieg. 

Il-penalty ta' Xewkija ġie skurjat minn B. Chibueze fil-85'.

Referee:  Feodor Zammit.

Il-logħoba li jmiss għal Kerċem Ajax hija skedata għal Ħadd 21 ta' Frar fit-3.00pm kontra Victoria Hotspurs.

Għafas fuq "read more" biex tara rapport dettaljat tal-logħoba.  Bil-kollaborazzjoni tal-GFA.

Posted on 08 Feb 2010 by administrator
EXPRESSION OF INTEREST RIGWARD SOLAR WATER HEATERS U PANNELLI FOTOVOLTAJIĊI

Kerċem, il-Ħamis 4 ta' Frar 2010

 

Il-Kunsill Lokali Kerċem qed jistieden kumpaniji li jipprovdu u jistallaw solar water heaters u pannelli votofoltajiċi, u li huma nteressati li joffru l-aħjar offerti għar-residenti ta’ Kerċem.  Il-kumpaniji jistgħu jinkludu s-sussidji tal-MRA.  L-offerti jridu jaslu ssiġillati u jkunu ndirizzati lis-Segretarju Eżekuttiv, Kunsill Lokali Kerċem, Pjazza Orvieto, Kerċem KCM 1360, Għawdex, sal-Ġimgħa 19 ta’ Frar 2010 f’nofs in-nhar. 

Posted on 04 Feb 2010 by administrator
Is-Sagra ta' San Girgor 2010 - KWOTAZZJONIJIET

Kerċem, l-Erbgha 2 ta' Frar 2010

Il-Kunsill Lokali Kerċem qed jirċievi kwotazzjonijiet marbuta mal-festival "Is-Sagra ta' San Girgor" ghal:

  • Materjal pubbliċitarju stampat (Quotation 01/2010)
  • Sistema ta' sound (Quotation 02/2010)

Ghal aktar dettalji mitlubin tikkuntattjaw il-Kunsill Lokali Kerċem.  Il-kwotazzjonijiet jaghalqu nhar il-Ġimgha 12 ta' Frar 2010 f'nofs in-nhar.

Posted on 04 Feb 2010 by administrator
IL-PRIM MINISTRU FOST IR-RESIDENTI TAL-KOMUNITA' TA' SANTA LUĊIJA F'KERĊEM

Komunita ta' Santa Luċija, Kerċem, is-Sibt 30 ta' Jannar 2010


Għal aktar minn tlett sigħat, il-Prim Ministru Dr. Lawrence Gonzi għaddieh fir-raħal tagħna, preċiżament fil-Komunita' ta' Santa Luċija fejn iltaqa' ma numru kbir ta' familji fi djarhom u fit-toroq.


Il-Prim Ministru żar għadd ta' toroq li jiffurmaw parti mill-komunita' ta' Santa Luċija u kien akkumpanjat mis-Sinjura tiegħu Kate, mis-Sindku ta' Kerċem Joe Grima, il-Viċi Sindku Mario Azzopardi u l-Kunsilliera Antoinette Borg, is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Dr. Paul Borg Olivier u uffiċjali oħra. 


L-aħħar impenn tal-Prim Ministru kien quddiesa fil-knisja ta' Santa Luċija u li tmexxiet mir-Rettur Dun Franġisk Sultana u bi żjara fil-Knisja.

Posted on 31 Jan 2010 by administrator
Content Management Powered by CuteNews




 

 

 

 

Winners of the European Destinations of Excellence Award

 

 

Click here for images of this years' festa.

 



 

   
 

 
Download the latest issue of Kuntatt here

:: Kuntatt - Kunsill Lokali Kercem
Settembru 2003


:: Kuntatt - Kunsill Lokali Kercem
Gunju 2003


:: Kuntatt - Kunsill Lokali Kercem
Marzu 2003


:: Kuntatt - Kunsill Lokali Kercem
Settembru 2002



Click Here for More...
   

Untitled Document
kercem.gozo.com 2004



Send us an email